Futbol Sport

Ħamrun jerġgħu jiddominaw u jġibu fix-xejn lil Santa Lucia

(Ritratt: Joseph Galea)

Rowen Camilleri

STA. LUCIA………..1

ĦAMRUN S………..4

Sta. Lucia: A. Vella, T. Desira, J. Rodrigues, I. Duarte (R. Camilleri 82’), K. Correa, J. Silva (J. Delmar 60’), K. Rosero, V. Filho, M. Camilleri (L. Mckay 73’), J. Zerafa, R. Tachikawa

Ħamrun S: J. Debono ( M. Debono 73’), D. Gojkovic, J. Mbong (M. Tabone 84’), J. Soares, I. Adeshina, S. Valero, P. Djordjevic, K. Micallef, M. Barbosa (N. Micallef 73’), E. Marcelina (F. Sasere 39’), D. Borg ( C. Galea 84’)

Imwissija: J. Zerafa 34’, K. Correia 62’, M. Camilleri 63’, T. Desira 81’ (Sl)

Skorjaw: I. Adeshina 6’, J. Mbong 9’, M. Barbosa 27’, F. Sasere 45’(Ħ) K. Rosero 89 (Sl)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Christopher Francalanza u Mark Ciantar

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jorge Ailton Soares (Ħamrun Spartans)

BOV Plejer tal-logħba:  Jorge Ailton Soares (Ħamrun Spartans)

Ħamrun Spartans komplew fejn ħallew il-ġimgħa l-oħra biex f’logħba iddominata għal kollox minnhom għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 4-1. Ħamrun mill-bidu nett urew l-intenzjonijiet tagħhom u sa tmiem l-ewwel taqsima kienu diġa qed igawdu vantaġġ ta’ erbgħa gowls. Santa Lucia għalekk jibqgħu bla rebħa minn żewġ logħbiet wara li fl-ewwel ġunrata tal-kampjonat spiċċaw fi dro ta’ 2-2 man-neo promossi Żejtun Corinthians.

Wara ħames minuti logħob Ħamun Spartans marru viċin li jiftħu l-iskor meta Soares ħarab fuq ix-xellug u ġie quddiem Andreas Vella bl-ewwel konklużżjoni tiġi maqlugħha minn fuq il-linja, bil-ballun jerġa jiġi għand Soares li għal darb’ oħra reġa ra x-xutt tiegħu mdawwar f’korner minn fuq il-linja. Minuta biss wara Ħamrun fetħu l-iskor meta kien Soares li ra l-konklużżjoni tiegħu tiġi milqugħa minn Vella, il-ballun jiġi għand IGE ADESHINA li b’xutt b’saħħtu tefa’ fix-xibka. Għaddew biss tliet minuti sakemm Ħamun rduppjaw.

Kienet ħarba mix-xellug ta’ Predrag Djordjevic li avvanza fil-kaxxa u qassam fil-baxx lejn JOSEPH MBONG, b’dan tal-aħħar jispara fix-xibka għal 2-0. Fis-27 minuta l-Ispartans għamluhom tlieta. Kien Soares li approfita ruħu minn żball ta’ Correia, qassam lil MARCELO BARBOSA li b’lasta vojta ma’ żbaljax. Fil-31 minuta Ħamrun għal ftit ma’ reġgħux skurjaw meta minn azzjoni personali Soares daħal fil-kaxxa u minn qada’ komda ra’ x-xutt tiegħu jiġi milqugħ bis-sieq minn Vella. Fl-40 minuta Santa Lucia kellhom ċans rari meta minn korner ta’ Prestes kien Correia li għola tajjeb iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet ftit barra. Fil-45 minuta Ħamrun skurjaw ir-raba’ gowl meta Djordjevic krossja tajjeb b’Andreas Vella joħroġ ħarġa difettuża u l-ballun spiċċa f’saqajn is-sostitut FRANKLIN SASERE li tefa’ ġewwa b’lasta vojta.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Santa Lucia ħarġu għall-offensiva u fit-52 minuta kien Ante Rosero li zamm tajjeb il-ballun b’sidru u x-xutt minn barra tiegħu għadda ftit barra. Mas-siegħa logħob Ħamrun ingħataw free-kick li nkariga ruħu minnu Darko Gojkovic li ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra. Bil-logħba għal ħinijiet twal nieqsa mill-azjonijiet fit-tieni taqsima, fid-79 minuta Djordjevic ittanta xortieħ minn barra l-kaxxa iżda l-ballun għadda ftit għoli.

Minuta wara Santa Lucia jmorru viċin meta Kevin Ante Rosero qaata’ lid-difiża bil-ġirja u x-xutt tiegħu ġie salvat tajjeb mis-sostitut Matthias Debono. Fit-89 minuta Santa Lucia naqqsu d-distakk meta KEVIN ANTE ROSERO approfita minn żball tas-sostitut Miguel Tabone u b’xutt b’saħħtu għeleb lil Debono.