Futbol Sport

Hibernians b’rebħa meritata fuq Floriana

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Hibernians……………..3

Floriana………………….1

Hibernians: M. Calleja Cremona,  F. Apap,  L. Almeida, A. Attard, J. Grech, R. Winchester (S. Shodiya 67’), J. Degabriele (E. Uzeh 90’), B. Kristensen (D. Vella 90′), Z. Grech, G. Izquier, W. Teixeira (M. Ellul 86’)

Floriana: A. Cassar, M. Beye, E. Ruiz, D. Venancio, M. Garcia (J. Pisani 82’) , A. Cini (B. Paiber 58’), F. Cheveresan, M. Dias (D. Agius 88’), J. Busuttil, R. Camenzuli, T. Fonseca

Referee: Stefan Pace

Assistent Referees: Duncan Sultana, Paul Apap

Hibernians għelbu lil Floriana 3-1 biex b’hekk kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun fil-partita li ġabet fi tmiemha t-tieni ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Hibernians fl-ewwel partita tagħhom tilfu 3-1 kontra Sliema Wanderers filwaqt li Floriana kienu għadhom ġejjin mill-eleminazzjoni mit-tielet rawnd tal-Europa League kontra Flora Tallinn. Minkejja li Floriana fl-ewwel minuti kellhom aktar pusses tal-ballun mill-avversarji, kienu Hibernians li fteħu l-iskor fl-14 –il minuta meta wara azzjoni maħduma b’mod tajjeb kien il-cross ta’ Ayrton Attard li sab lil GABI IZQUIER li xeħet minn taħt Cassar.

Floriana rrispondew għal dan u ftit minuti wara, Jan Busuttil laqgħat il-wieqfa wara azzjoni personali. Hibernians kellhom ċans jirduppjaw ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta wara azzjoni personali ta’ Grech, l-ballun spiċċa għand Teixeira li f’lasta vojta xeħet barra. Fit-tieni taqsima, fit-52 minuta Floriana kellhom okkażjoni tajba biex iġibu d-draw meta minn pożizzjoni tajba Cheveresan kkonkluda f’idejn Calleja Cremona. Hibernians rduppjaw fit-53 minuta meta minn pass ta’ Grech kien JURGEN DEGABRIELE li spara fis-saqaf tax-xibka għal 2-0.

Floriana rrispondew u reġgħu daħlu fil-partita fis-56 minuta meta minn azzjoni personali min fuq il-lemin kien JAN BUSUTTIL li kkonkluda fir-rokna tax-xibka. Fit-62 minuta, Hibernians ingħataw penalty meta Camenzuli waqqa’ lil Teixeira fil-kaxxa. Minn ħdax –il metru JAKE GRECH għamilhom 3-1 biex Hibernians baqgħu jiddefendu r-riżultat sad-90 minuta.