Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista huwa t-tesserati” – Adrian Delia

Il-partit Nazzjonalista mhux jien iżda t-tesserati tagħna… u għalhekk għandna l-obbligu li nħarsu lejhom u flimkien ngħaqqdu lill-Partit mill-għeruq… b’hekk biss is-sewwa jirbaħ żgur u jien konvint li flimkien ser naslu”

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt  intervista telefonika fuq Net FM.

Adrian Delia stqarr li s-sitwazzjonijiet li dan il-Gvern ġabna fihom huma preokkupanti ferm.. u li jagħmlu ħsara lil pajjiżna u lir-reputazzjoni tiegħu.

Huwa kompla jgħid li l-ħidma tall-Partit Nazzjonalista.. qiegħed tagħti r-riżultati.. il-ħitan tad-difiża tal-Partit Labursita waqgħu wieħed wieħed… Joseph Muscat.. Konrad Mizzi… il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u l-Avukat Ġenerali li kien jipproteġi il-barranin u mhux il-Maltin. Għalhekk huwa stqarr li l-ħidma tal-aħħar snin irridu nkomplu nwettquha u ma nistgħux nieqfu issa.

Adrian Delia kompla jgħid kif fl-aħħar xhur huwaltaqa’ ma’ diversi nies li uew ix-xewqa tagħhom li l-Partit Nazzjonalista għandu jkun il-Partit li qed imexxi l-pajjiż. Huwa qal li lil dawn in-nies għandna nagħtu kashom filwaqt li naraw il-bżonnijiet tagħhom…nies li uħud minnhom qed jgħixu fil-faqar u fit-tbatija tant li ma jlaħħqux mal-ispejjeż tal-ħajja.   

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll kif f’dawn l-aħħar tlett snin it-tesserati żdiedu b’sitt t’elef… dan kollu jfisser li l-Partit Nazzjonalista kompla jikber u huwa partit ħaj. It-tesserati qed juru li huma attivi u li jridu jsemmgħu leħinhom u jiddeċiedu..

“Irridu nuru rispett lejhom… il-kelma tagħhom tfisser ħafna u ma nistgħux narmu dak li jridu huma.. aħna tajnihom is-saħħa u kulħadd fil-partit għandu jisma minn dak li qed jgħidu it-tesserati u jwettqu” temm jgħid Adrian Delia.