Lokali

“Irridu naħdmu għall-għaqda bejn kulħadd” – Bernard Grech

“Kulħadd għandu jifhem li ħadd m’għandu id-don tal-infallibilta.. ħadd m’għandu risposta għal kollox iżda flimkien noħolqu l-mużajk tal-politika tal-Partit Nazzjonalista… Flimkien insibu is-soluzzjonijiet… Flimkien nistgħu nirnexxu..”

Kliem il-kandidat għall-Elezzjoni tal-Kap tal-Partit l-Avukat Bernard Grech waqt intervista telefonika fuq Net FM.

Bernard Grech stqarr li fil-pajjiż għandna sitwazzjoni fejn il-Gvern falla f’diversi oqsma.

Il-Gvern falla fil-pnademija tal-Covid-19..  minkejja li l-ewwel mewġa ma kinitx għażla tiegħu.. it-tieni mewġa, il-Gvern kellu xhur sabiex jipprepara għaliha iżda prova jidħaq bil-poplu Malti u Għawdxi billi qal li għadda kollox u ried li kollox jerġa’ ‘business as usual’..L-enfasi tal-Gvern kienet biss kif l-ekonomija ser tirpilja u mhux kif ser niffaċċjaw it-tieni mewġa.

Rigward il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel… il-Gvern kellu 6 xhur ċans biex jipprepara… iżda ħalla kollox għall-aħħar tant li kellu jipposponi l-ftuħ tal-iskejjel.   Bernard Grech stqarr li l-Prim Ministru Robert Abela għandu jieqaf jagħmel il- U Turns f’kull qasam mhux biss dak edukattiv.

Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit stqarr li l-poplu malti jinsab iddisgustat b’dak li qed jagħmel il-Gvern.. u kienet għal din ir-raġuni li hu poġġa lilu nnifsu għall-kandidatura għall-Kap tal-Pn għaliex huwa neċessarju li l-Partit Nazzjonalista jingħata ħajja ġdida.

“Irridu naħdmu għall-għaqda… bejn kulħadd u bejn kull organu tal-Partit … kulħadd irid jaħdem flimkien..b’komunikazzjoni sħiħa…” temm jgħid Bernard Grech.