Futbol Sport

Juventus isalvaw punt minkejja li kienu bi plejer anqas

(Ritratt: EPA)

Juventus rnexxielhom isalvaw punt lejn it-tmiem minkejja li kienu bi plejer anqas biex temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Roma.

Man-nofsiegħa logħob, Roma ngħataw penalty meta Rabiot deher imiss il-ballun b’idu, b’JORDAN VERETOUT minn ħdax -il metru ma jiżbaljax. Juventus ġabu d-draw minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta huma wkoll ingħataw penalty wara li Lorenzo Pellegrini deher imiss l-ballun b’idu. CRISTIANO RONALDO minn ħdax -il metru għamilhom 1-1.

Roma daħlu jistrieħu fil-vantaġġ meta għal darb’oħra kien VERETOUT li minn pass ta’ Mkhitaryan kkonkluda wara Szczensy. Juventus spiċċaw jilgħabu b’10 plejers wara li Adrian Rabiot ntwera’ t-tieni karta safra wara foul fuq Mkhitaryan. Minekjja dan it-tim ta’ Andrea Pirlo ġab id-draw fis-69 minuta meta minn cross ta’ Danilo kien għal darb’oħra RONALDO li għola tajjeb u bir-ras għeleb lil Mirante għal 2-2.