“Se jkollna każijiet, huwa impossibbli li tgħid li mhux se jkollna każijiet.”
Huwa dan is-serħan il-moħħ li għandhom eluf ta’ ġenituri li fi ftit iktar minn ġimgħa oħra se jibagħtu lit-tfal tagħhom lura l-iskola.
Bil-Ministru Owen Bonnici jitfa’ pressjoni kbira fuq il-ġenituri, hekk kif qed jinsisti li huma għandhom ikunu reposabbli għal uliedhom.
“Din mhux xi ħaġa li jista’ jagħmel il-Gvern waħdu, il-ġenituri għandhom rwol x’jilagħbu… iridu jnaqqsu l-gruppi li uliedna jkunu fihom.“
Crew ta’ Net News il-Ħadd filgħodu kien mistieden sabiex iżur l-Iskola Primarja tal-Mellieħa fejn seta’ jara l-aħħar preparamenti li qed isiru fl-Iskejjel tal-Gvern hekk kif min-nhar it-Tnejn se jkunu qed jilqgħu lura lill-edukaturi kollha.
Minkejja l-kritika qawwija min-naħa ta’ diversi unions u għaqdiet, il-Ministru tal-Edukazzjoni baqa’ jinsiti li jinsabu preparati għal kull eventwalita.
“L-edukaturi se jidħlu minn għada, jiġifieri kieku l-preparamenti ma sarux, naturalemt ma konniex naraw l-għallliema li se jidħlu għada. Iva se jkunu waħedhom għada.”
L-istess Ministru jibqa’ jinsisti li t-tagħlim online mhux alternattiva.
“L-alternattiva li uliedna jagħmlu xi sena msakkrin id-dar wara screen tat-television jew tal-kompjuter mhijix alternattiva li tagħtihom l-aqwa edukazzjoni.“
Mistoqsi minn dan l-istazzjoni dwar is-sitwazzjoni fejn għandek numru ta’ tfal li wara l-iskola jmorru għand in-nanniet tagħhom… Owen Bonnici wieġeb hekk.
“L-istudji kollha jindikaw li t-tfal huma l-iktar reżiljenti għall-virus innifsu… Imma dawn it-tfal jistgħu jagħtu l-virus lin-nanniet… Eeeee jistghu!“
Għalkemm diversi ġenituri, partikolarment ta’ tfal żgħar jinsabu mħassba ferm dwar kemm uliedhom se jkunu f’ambjent sigur, Owen Bonnici għal darb oħra reġa’ qabbel il-ftuħ tal-iskejjel tal-ftuħ taċ-Childcare Centres.
“Fejn jidhlu t-tfal iż-żgħar… għandna l-esperjanza taċ-chilcare centres… Iżda, iva, il-popolazzjoni ta’ skola hija ħafna ikbar.“
Għal dawn l-aħħar ġimgħat… il-buzz word fuq fomm kulħadd kienet il-famużi ‘bubbles’. Iżda Owen Bonnici qalilna hekk
“Ma tistax ġġibhom fi grupp wieħed, impossibbli.“
Bonnici kkommetta ruħu li l-iskejjel żgur se jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għall-istudenti fis-7 ta’ Ottubru.
“Fis-7 ta’ Ottubru se jidħlu ftit ftit sal-14 ta’ Ottubru“
//= $special ?>