Lokali

Mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ rapport ta’ minuri fil-pussses ta’ senter tal-kaċċa

Raġel ta’ 62 sena residenti Birżebbuġia qed jiġi mitkellem mill-pulizija b’rabta ma’ rapport ta’ minuri fil-pussses ta’ senter tal-kaċċa.

Is-Sibt, għall-ħabta tas-0715hrs, il-Pulizija tal- Environmental Protection Unit (EPU) ġew infurmati minn membri tal-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) li fl-inħawi ta’ Triq il-Brolli, Birżebbuġia, hemm persuna taħt l-età fil-pussess t’arma tan-nar.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post imma l-persuni involuti kienu telqu minn fuq ilpost.

Wara analiżi tal-filmati u investigazzjonijet oħra, il-Pulizija tal-EPU identifikat lis-suspettat adult li dak il-ħin kien mal-minuri. Għaldaqstant, il-Pulizija marru fir-residenza tar-raġel fejn hemmhekk ġiet ikkonfiskata l-arma tan-nar li kienet f’idejn il-minuri.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti b’akkużi relatati ma’ dan il-każ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin