Internazzjonali

Nagorno-Karbakh: Konfronti ġodda bejn il-qawwiet tal-Armenja u l-Ażerbajġan

epa08700707 A still photo taken from handout video made available by the Ministry of Defence of the Republic of Armenia shows defeat of Azerbaijani armoured vehicles at Nagorno-Karabakh Republic, on a border of Armenia and Azerbaijan, 27 September 2020. According to media reports, Armenia has imposed martial law and total military mobilisation after clashes have erupted in the territorial conflict between Armenia and Azerbaijan in Nagorno-Karabakh Republic, with both sides reporting civilian deaths after shelling, artillery and air attacks along the front. EPA-EFE/ARMENIA DEFENCE MINISTRY PRESS S MANDATORY CREDIT BEST QUALITY AVAILABLE HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Il-qawwiet tal-Armenja u l-Ażerbajġan daħlu mill-ġdid fil-konfronti armati ma’ xulxin, meta fin-nofs hemm il-jeddijiet tal-Istati rispettivi fuq ir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh. Dan ir-reġjun ilu l-għexieren tas-snin joħloq tensjoni kbira bejn il-pajjiżi rivali, bir-rapporti dwar l-aħħar konfronti jsostnu li li l-Ażerbajġan tilef ‘numru ta’ ħelikopters u tankijiet tal-gwerra waqt il-ġlied.’

L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan wettaq sensiela ta’ attakki bl-artillerija u l-qawwiet tal-ajru tiegħu – bl-Armeni ma jitilfux iż-żmien biex jiddikjaraw liġi marzjali fost il-mobilizzazzjoni totali tal-militar tagħhom.

Iż-żewġ naħat irrappurtaw l-imwiet ta’ membri tal-popolazzjoni, bl-Ażerbajġan isostni li l-qawwiet tiegħu kienu qed iwieġbu ‘għall-bumbardamenti mill-avversarji tul iz-zona tal-konflitt’.

L-Ażeri qalu li l-bumbardamenti intensivi ta’ villaġġi ħallew diversi ċivili mejtin jew midruba. Dan fost il-konferma ta’ ‘kontro-offensiva mit-truppi tal-Ażerbajġan bil-għan li jħarsu s-sigurtà tal-poplu ċivili’.

Madankollu, il-Ministeru tad-Difiża tal-Armenja qal li l-qawwiet Ażeri kienu attakkaw xi zoni ta’ ċivili, fosthom il-kapitali reġjonali Stepanakert, u fejn il-qawwiet Armeni rnexxielhom iwaqqgħu żewġ ħelikopters u tliet drones, minbarra li qerdu talanqas tliet tankijiet tal-gwerra tal-Ażerbajġan.

L-Ażerbajġan qed jiċħad għal dan it-telf u qal biss li ntilef ħelikopter minn tiegħu, bl-ekwipaġġ jirnexxilu jsalva.

Il-President Ażeri, Ilham Aliyev, akkuża lill-Armenja ‘b’li qed tmexxi gwerra ġdida għal aktar territorji’ u sostna li l-Armeni ‘iridu jħallsu l-prezz wara li ilhom żmien jipprovokaw lil pajjiżu’.

Mill-banda l-oħra, l-awtoritajiet Armeni qed isostnu li ‘it-tmexxija militari u politika tal-Ażerbajġan għandha tieħu responsabbiltà sħiħa għas-sitwazzjoni li qed tiżviluppa’. Dan waqt li l-Prim Ministru Armen, Nikol Pashinyan, akkuża lill-Ażerbajġan dwar ‘azzjonijiet aggressivi li kienu pjanati minn qabel’.

L-Armenja u l-Ażerbajġan kienu jiffurmaw parti mill-Unjoni Sovjetika qabel il-kroll tal-entità komunista, fl-1991. L-Armeni u l-Ażeri, intant, ilhom talanqas 40 sena ‘fi stat ta’ paraliżi’ fost din is-sitwazzjoni ta’ konflitt dwar Nagorno-Karabakh, li hu rikonoxxut ( fuq livell internazzjonali) bħala parti mill-Ażerbajġan filwaqt li hu kontrollat mill-Armeni etniċi.