Lokali

NET FM bi skeda ġdida

Mit-Tnejn li gej l-istazzjon NET FM se jagħti bidu għall-iskeda tal-ħarifa.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6:30 ta’ filgħodu Serio Carbonaro u Mireille Bonello se jwasslulkom il-breakfast show bl-isem ta’ NET Rush Hour. Imbagħad fit-8:30, Eileen Montesin tkun magħkom bil-programm Club 101 filwaqt li Marbeck Spiteri twasslilkom il-programm Brunch b’diversi mistiedna u suġġetti nformattivi.

Il-Qari bil-Malti mill-ktieb Rajt Malta Tinbidel se jixxandar fin-12:30. Martin Sapiano jżomm l-appuntament mas-semmiegħa mill-ħin tas-13:00 sas-14:30 filwaqt li eżattament warajh jirritorna Charles Saliba bil-programm Hitsteria.

Il-Programm Feedback jixxandar mill-16:00 sas-18:00, filwaqt li l-programm Ngħiduha Kif Inhi, ippreżentat minn Indri Attard, se jixxandar wara l-bulettin tas-18:00.

Filgħaxija, il-programmi ta’ kuljum se jzommu l-istess ġurnata u ħin. Rockna it-Tnejn, bi preżentazzjoni ta’ Michael Bugeja, Groovin it-Tlieta flimkien ma’ Noel Mallia, il-programm Fuzzbox nhar ta’ Erbgħa, bi preżentazzjoni ta’ Eric Montfort, Joe Vella nhar ta’ Ħamis bil-programm Il-Kelma u l-Mużika filwaqt li l-Ġimgħa, Tonio Pace jippreżenta l-programm Walkman. Il-programm ‘Telefonata ‘l-Bogħod’ se jżomm l-appuntament tiegħu mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-22:00, bi preżentazzjoni ta’ Ivan Bartolo, Ryan Cefai Mercieca u Nicolai Bugeja.

Is-Sibt fis-6:00 u l-Ħadd fit-8:15, Mark Azzopardi jkun magħkom bil-programm Wake up Weekend, is-Sibt fid-9:00 jirritorna l-programm Għażliet bi preżentazzjoni ta’ Dulcima Aquilina u l-programm Issues jixxandar fl-10:00. Angela Coleiro tkompli tkun magħkom nhar ta’ Sibt fin-12:30 bil-programm Good Vibrations, filwaqt li fit-15:00, Roderick Vella jippreżenta l-programm Hits & Score. Il-Programm Playlist jkun magħkom fis-18:20, flimkien ma’ Dylon Brignano u Vittorio Gauci, filwaqt li fit-20:00, Stephanie Chircop twasslilkom il-programm Music Shots.

Il-Ħadd, Noel Bartolo jippreżenta l-programm Fidi u Ħajja fis-6:00. Il-Programm Focus, li jagħti ħarsa lejn l-istejjer ewlenin tal-gazzetti, ikun magħkom fl-10:00. Wara l-bulettin ta’ 12:00 jixxandar il-programm Marċi u Bandalori, ippreżentat minn Joe Chetcuti, filwaqt li fis-14:00, Dylon Brignano jippreżenta l-programm Hits & Score. Il-Ħadd fis-18:20, jixxandar il-programm Flusek, Noel D’Anastas fis-19:00, bil-programm Tfuliti u Żgħożiti, Michael Treeby jwasslilkom il-programm ItaloMix filwaqt li fl-22:00, Eric Motfort iwassal l-aħħar programm tal-ġurnata, Country Music Club.