Futbol Sport

Penalty lejn it-tmiem iċaħħad lil Tottenham minn rebħa

(Ritratt: EPA)

Tottenham kellhom jikkuntentaw bi draw minkejja li kienu l-aħjar tim fil-grawnd fejn ħolqu numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor tul il-partita kollha.

It-tim ta’ Jose Mourinho mar fil-vantaġġ fil-25 minuta permezz ta’ LUCAS MOURA wara li rċieva cross mingħand Harry Kane. Minkejja d-dominju assolut ta’ Tottenham, Newcastle rnexxielhom iġibu d-draw fis-97 minuta meta ngħataw penalty kontroversjali bl-akkwist il-ġdid CALLUM WILSON minn ħdax -il metru ma jiżbaljax.

F’partita oħra, Leeds United għelbu lil Sheffield United 1-0 b’gowl lejn it-tmiem ta’ PATRICK BAMFORD fl-ewwel derby ta’ Yorkshire bejn iż-żewġ timijiet fil-Premier League wara 20 sena.