Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 57 sena minn Birkirkara qed isofri ġrieħi gravi u ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salini fin-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am.

Kollox qed jindika li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Kawazaki li kien qed isuq u waqa’. Għadu mhux magħruf x’wassal biex is-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin