Futbol Sport

Rebħiet konvinċenti għal Milan u Napoli

(Ritratt: EPA)

Milan kisbu t-tieni rebħa minn daqs tant partiti meta fi Stadio Ezio Scida għelbu lil Crotone 2-0. Il-gowls ta’ Milan waslu permezz ta’ penalty ta’ FRANCK KESSIE qabel il-mistrieħ u gowl ieħor minn BRAHIM DIAZ fil-50 minuta.

Napoli kisbu rebħa kbira ta’ 6-0 kontra Genoa. Napoli fetħu l-iskor wara għaxar minuta permezz ta’ HRIVING LOZANO. Huma kellhom jistennew sat-tieni taqsima biex skorjaw it-tieni gowl fl-46 minuta permezz ta’ PIOTR ZIELINSKI. biex DRIES MERTENS għamilhom 3-0 fil-57 minuta. It-tim ta’ Gennaro Gattuso skorja r-raba’ gowl fil-65 minuta permezz ta’ LOZANO u erba’ minuti wara ELJIF ELMAS għamilhom ħamsa. Is-sitt gowl ta’ Napoli wasal fit-73 minuta permezz ta’ MATTEO POLITANO.

Fid-debutt tagħhom fis-Serie A, Spezia sofrew telfa ta’ 4-1 f’darhom kontra Sassuolo. Għal Sassuolo skorjaw FILIP DJURICIC wara 12 -il minuta, penalty ta’ DOMENICO BERARDI fl-64 minuta, GREGOIRE DEFREL fis-66 minuta u FRANCESCO CAPUTO fis-76 minuta. Għal Speza skorja ANDREY GALABINOV man-nofsiegħa logħob.

Fi Stadio M.A. Bentegodi, Verona kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Udinese bl-uniku gowl jasal fil-57 minuta permezz ta’ ANDREA FAVALLI.