Futbol Sport

Tiġi fi tmiem l-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV Challenge League

Illejla ġiet fi tmiemha l-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV Challenge League b’erba’ partiti.

Fis-Centenary Stadium, Naxxar għelbu lil Qormi 2-0 b’gowl f’kull taqsima. THOMAS BATTAGLIA fetaħ l-iskor għal Naxxar wara 14 -il minuta biex is-sostitut JOEL ELLUL aċċerta mit-tliet punti fis-66 minuta.

Fl-istess ħin fil-Victor Tedesco Stadium, Pembroke kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Pietà bl-uniku gowl tal-partita jasal fit-38 minuta permezz ta’ LAWRENCE CHIEDOZIE.

San Ġwann kisbu rebħa drammatika lejn tmiem il-partita ta’ 3-2 fuq Qrendi. Kienu Qrendi li marru fil-vantaġġ wara 11-il minuta permezz ta’ ALEXANDER NILSSON. San Ġwann pabu d-draw sitt minuti wara permezz ta’ LUCA MALLIA. Fit-tieni taqsima San Ġwann ħarġu aħjar u marru fil-vantaġġ fis-66 peremzz ta’ ATTAH CHIBUEZE. DASSER SAMMUT ħaseb li salva punt għal Qrendi meta ġab id-draw fis-87 minuta, iżda ż-żagħżugħ ANDREA ZAMMIT kiseb il-gowl tar-rebħa fit-93 minuta.

Vittoriosa kisbu rebħa ta’ 1-0 tard fil-partita minkejja li lagħbu l-maġġoranza tal-partita b’10 plejers wara li fl-44 minuta Clive Brincat ġie muri t-tieni karta safra. Minkejja dan, Vittoriosa skorjaw il-gowl tar-rebħa fid-89 minuta permezz ta’ QUINCY BREGMAN.