Futbol Sport

Tliet gowls ta’ Vardy jikkastigaw lil Man City

(Ritratt: EPA)

Manchester City kienu umiljati minn Leicester meta fl-Etihad Stadium rebħulhom 5-2.

L-eroj ta’ Leicester City kien JAMIE VARDY li skorja tliet gowls permezz ta’ penalty fis-37 minuta u fit-58 minuta u b’konklużjoni mill-viċin fl-54 minuta. Ir-raba’ gowl għat-tim ta’ Brendan Rodgers skorjah is-sostitut JAMES MADDISON b’konklużjoni mill-isbaħ minn barra l-kaxxa. Leiceseter żiedu l-ħames gowl fis-87 minuta meta ngħataw t-tielet penalty tal-partita permezz ta’ YOURI TIELEMANS.

Għal City li kienu huma li marru fil-vantaġġ skorja l-eks plejer ta’ Leicester RIYAD MAHREZ. NATHAN AKE naqqas l-iskor fl-84 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Premier League

Illum: Sheffield United v Leeds United 0-1, Tottenham v Newcastle 1-1, Manchester City v Leicester City 2-5, West Ham v Wolves 4-0, Għada: Fulham v Aston Villa 6.45pm, Liverpool v Arsenal 9.00pm