Sport Sport Ieħor

Vickenko Chef, Vivaldi Du Vivrot u Alf De Melandre jirbħu s-semifinali Premier

(Ritratt: Mike Orland)

Kenneth Vella

Meta l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret il-31 laqgħa tal-istaġun fuq ħdax -il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott kienu magħrufa l-finalisti tal-kompetizzjoni prestiġjuża tat-Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-klassi Premier. Dan wara li saru t-tliet semifinali fuq distanza twila ta’ 2640m u li minnhom tnax -il żiemel għaddew għall-finali. Għal darba ohra din is-sena, it-Tazza l-Kbira qiegħed tkun organizzata bl-appoġġ tal-Bank Of Valletta.

Fl-ewwel semifinali, Jefferson Dotcom (Michael Ellul), li kien l-aktar żiemel veloċi wara l-karozza tat-tluq, ċeda kollox madwar 100m mil-linja finali. Dan inqabeż minn Vichenko Chef (Noel BaldaccĦino) li akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva minn Big Match (Charles Degiorgio). Paparazzi (Mark Bonnici) temm it-tielet minn Output Pressure (Clint Vassallo).

Vivaldi Du Vivrot (Anton Cassar) irreġistra t-tielet rebħa konsekuttiva fit-tieni semifinali. Cassar poġġa lill-dan il-Franciz quddiem madwar 400m mit-tmiem biex qasam il-linja finali bla tbatija b’distakk ta’ sitt tulijiet minn Vasco De Viette (Cliferty Calleja). Glenn Boko (Rodney Gatt) u Xceed G.T, (Nathaniel Barbara) kellhom ukoll wirja pożittiva.

Fit-tielet semifinali kien hemm dwell eċitanti fl-aħħar metri bejn il-favorit Vanderlov (Melvin Farrugia) u Alf De Melandre (Rodney Gatt). Kien iż-żiemel ta’ Gatt li ħa l-ewwel rebħa staġjonali b’R.G.’s Thunderbolt (Mario Fenech) u Andante (Clint Vassallo) ikunu l-aħħar żewġ żwiemel li jagħmluha għall-finali.

Saret ukoll tiġrija normali tal-ogħla klassi fuq distanza qasira ta’ 2140m. Kien Digital Performer (Ludvic Ghigo) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna wara li kien kontinwament quddiem. Dan qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b’tul minn Caid De Bengale (Ivan Stivala), Baron Du Chene (J. Gafa’) u d-debuttant Skandinavu Liam Dana (Charles Camilleri).

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Frisquette Snob (R. Schembri) Ħin – 2.43.2” (1.16.2”) 2. Eole De Mahey (M. Fenech) 3. Friend  (J. Azoopardi) 4. Eclat Du Jas (J. Zahra)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Dream Team Story (C. Gerada) Ħin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Vasco d’Agamis (P. Galea) 3. Drakkar Cleville (K. Saliba) 4. Trazom (W. Cutajar)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Beauvron (C. Vassallo) Ħin – 2.42.1” (1.15.8”) 2. Top Di Girifalco (R. Gatt) 3. Bolero Du Vivien (H. McKay) 4. Sabacan Savage (Sh. Portelli)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Charm Blou (R. Gatt) Ħin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Daytrader U.M. (J. Vassallo) 3. Alexia Des Mires (P. Galea) 4. Vieux Lille (E. Bezzina)

V Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Digital Performer (L. Ghigo) Ħin –  2.40.3” (1.14.9”) 2. Caid De Bengale (I. Stivala) 3. Baron Du Chene (J. Gafa’) 4. Liam Dana (C. Camilleri)

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Sono Di Pa (P. Galea) Ħin – 2.44.5” (1.16.9”) 2. Valjean Wild (J. Carabott) 4. Dewey Luvs Britt (C. Bonello) 4. Uranium Jiel (K. Saliba)   

VII Tiġrija. Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vichenko Chef (N. BaldaccĦino) Ħin – 3.18” (1.15”) 2. Big Match (C. Degiorgio) 3. Paparazzi (M. Bonnici) 4. Output Pressure (C. Vassallo)

VIII Tiġrija. Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vivaldi Du Vivrot (A. Cassar) Ħin – 3.14.6” (1.13.7”) 2. Vasco De Viette (C. Calleja) 3. Glenn Boko (R. Gatt) 4. Xceed G.T. (N. Barbara)

IX Tiġrija. Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Alf De Melandre (R. Gatt) Ħin – 3.17.3” (1.14.7”) 2. Vanderlov (M. Farrugia) 3. R.G.’s Thunderbolt (M. Fenech) 4. Andante (C. Vassallo)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Boko Won (C. Calleja) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Bonbon Bleu (J. C. Pace) 3. Nontoxic (R. Gatt) 4. Coucou Mon Neveu (N. BaldaccĦino)

XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Mightiness (P. Galea) Ħin – 2.44.8” (1.16.9”) 2. Bacchus (C. Vassallo) 3. Gringo Boko (C. Camilleri) 4. Arche De Malbereaux (N. Barbara)