Futbol Sport

Bologna jirbħu d-Derby dell’ Emilia

(Ritratt: EPA)

Bologna rebħu d-derby tal-Emilia-Romagna meta f’darhom għelbu lil Parma 4-1. Bologna fetħu l-iskor fis-16 -il minuta permezz ta’ ROBERTO SORIANO, bl-istess plejer jagħmilhom 2-0 kwarta wara. ANDREAS OLSEN għamilhom 3-0 fis-56 minuta filwaqt li HERNANI naqqas l-iskor għal Parma fis-67 minuta. SIMONE IACOPINI ntwera’ l-karta l-ħamra fis-76 minuta wara li deher jimbutta lil Palacio. L-istess RODRIGO PALACIO għamilhom 4-1 fil-91 minuta.

Illejla Genoa ħabbru li għandhom 14 -il każ pożittiv ta’ coronavirus fit-tim tagħhom. Dan qajjem tħassib wara li huma lagħbu kontra Napoli lbieraħ fejn tilfu 6-0. Qabel il-partita, Genoa diġa kellhom żewġ plejers pożittivi li ma kinux inklużi fl-iskwadra.