27 persuna rriżultaw pożittiv għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa filwaqt li fl-istess perjodu 41 persuna oħra fiequ mill-infezzjoni.
Wara l-mewta ta’ anzjana ta’ 92 u aktar tard it-tħabbira tal-mewta ta’ mara ta’ 82 sena issa pajjiżna jgħodd 33 vittma tal-virus.
Dan ifisser li bħalissa f’pajjiżna hemm 580 każ magħruf tal-virus li jinkludu sitt immigranti li għadhom pożittivi.
Fost il-każi li ħarġu lbieraħ, 4 kienu każi ta’ qraba ta’ persuni infettati, 3 kuntatti ta’ kazijiet oħra filwaqt li 3 kienu każi ta anzjani minn Dar San Ġużepp.
Sal-lum in-numru totali ta’ każi rreġistrati f’pajjiżna mis-7 ta’ Marzu ‘l hawn hu ta’ 3,215.
//= $special ?>