Il-Gvern Malti qed jinsisti li sinna preistorika ta’ kelb il-baħar li ngħatat bħala rigal lill-Prinċep George ta’ 7 snin, tinġieb Malta u titpoġġa f’mużew f’pajjiżna.
Il-kontroversja nqalgħet wara li l-media Ingliża ġabet ritratti tal-Prinċep jifraħ bis-sinna li tah David Attenborough, espert tan-natura, li kien sab is-sinna waqt żjara li għamel f’pajjiżna lura fis-snin 60. Is-sinna kienet biċċa waħda fil-ġebel meta Attenborough skopriha u hi maħsubha li għanda mat-23 miljun sena. X’aktarx is-sinna hija ta’ megalodon, speċi ta’ kelb il-baħar li hu estint u li kien jikber sa’ 16-il metru.
David Attenborough ta s-sinna lill-ewwel wild tal-Prinċep William waqt li kien fi żjara fil-Palazz ta’ Kensington fejn il-familja Rjali kienet qed tintwera l-aktar dokumentarju reċenti tiegħu.
//= $special ?>