Lokali

Imfakkar id-29 anniversarju ta’ Net FM

Kien bħall-lum fl-1991 meta Net FM, dak iż-żmien Radio 101, beda jxandar.

Kien ftit wara d-9p.m. li nstemgħet l-ewwel jingle tal-istazzjon tar-radju l-ġdid u xxandar l-ewwel programm preżentat minn Charles Saliba, John Bundy u Jackie Bartolo mill-istudios f’San Ġwann.

Fl-1 ta’ Frar 1998, l-istudios ta’ Radio 101 ġew amalgamati mal-istruttura ta’ Media.Link Communications u minn San Ġwann, l-istazzjon iċċaqlaq lejn Tal-Pietà. Dan il-pass għen b’qabża oħra fil-kwalità tal-apparat u s-servizz offrut.

Fl-14 ta’ Diċembru 1999, isem l-istazzjon inkiteb ukoll fil-Guinness World Book of Records b’xandira ta’ 50 siegħa maratona non-stop.

Kapitlu ġdid fl-istorja ta’ dan l-istazzjon inkiteb fit-2 ta’ Lulju 2018 hekk kif Radio 101 biddel ismu għal Net FM, bħala parti minn eżerċizzju ta’ konsolidazzjoni tal-brand fuq il-mezzi kollha tax-xandir ta’ Media Link Communications.

Bħalma ġara f’ħafna snin, l-anniversarju ta’ din is-sena ħabat mal-bidu ta’ skeda ġdida għal Net FM, bi programmi varjati ta’ divertiment. Kemm ġodda kif ukoll stabbiliti.

Fosthom il-breakfast show ġdid ta’ Net FM, Net Rush Hour, bi preżentazzjoni ta’ Sergio Carbonaro u Mireille Bonello.

Sergio Carbonaro ilu jxandar ma’ Net FM sa mill-bidunett u ma’ Net News tkellem dwar x’se jkun qed joffri dan il-breakfast show ġdid.

Filwaqt li Mireille Bonello hi preżentatriċi stabbilita’ ta’ diversi programmi fuq it-televiżjoni, Net Rush Hour fisser id-debutt tagħha bħala preżentatriċi fuq ir-radju

Fuq Net FM, jirritornaw programmi oħrajn fosthom Eileen Montesin bil-programm Club 101 filwaqt li Marbeck Spiteri qed twassal il-programm Brunch b’diversi mistiedna u suggetti nformattivi.

Il-Qari bil-Malti mill-ktieb Rajt Malta Tinbidel se jixxandar fin-12:30. Martin Sapiano jzomm l-appuntament mas-semmiegha mill-hin tas-13:00 sas-14:30 filwaq li ezattament warajh jirritorna Charles Saliba bil-programm Hitsteria.

Hemm ukoll il-programmi ta’ diskussjoni bhal Feedback li jixxandar mill-16:00 sas-18:00, filwaqt li l-programm Nghiduha Kif Inhi pprezentat minn Indri Attard qed jixxandar wara l-bulettin tas-18:00.