Coronavirus Lokali Saħħa

Imħabbra t-33 vittma tal-virus f’pajjiżna

L-anzjana mietet fir-residenza fejn kienet qegħda tgħix

Fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta’ anzjana ta’ 82 sena li kienet pożittiva għall-Covid-19. 

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Settembru u baqgħet tingħata kura fir-residenza tal-anzjani li kienet tgħix fiha, fejn mietet aktar kmieni llum. 

Fl-aħħar ħdax-il ġurnata pajjiżna rreġistra tal-anqas mewta waħda kuljum bil-virus.