Coronavirus Futbol Sport

Plejer ta’ Valletta jirriżulta pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: vallettafc.net)

Plejer tat-tim ta’ Valletta rriżulta pożittiv għall-coronavirus wara li għamel test wara l-partita ta’ nhar is-Sibt kontra Balzan.

Malli ħarġet l-aħbar, it-tim mediku tal-MFA ra min kellu kuntatt mal-plejer pożittiv biex dawk li kellhom kuntatt jitpoġġew fi kwarantina. Valletta se jilgħabu kontra Gżira United nhar l-Erbgħa f’partita oħra mill-Kampjonat BOV Premier u sa issa din se ssir kif pjanat. Ir-regoli tal-MFA b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus jgħidu li jekk tim ikolli minn tal-inqas 16-il plejer li jista’ jilgħab l-partita ssir xorta.