Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ Joseph Church

Tħabbret il-mewt tal-eks Kummissjonarju Elettorali Ewlieni, Joseph Church, fl-età ta’ 65 sena.

F’Lulju 2020 hu kien irtira mill-kariga fil-Kummissjoni Elettorali wara sitt snin jokkupa din il-kariga, fejn taħt it-tmexxija tiegħu saret il-bidla mill-għadd elettorali manwali għal wieħed elettroniku.

Joseph Church kien serva wkoll bħala Segretarju tal-President George Abela, kif ukoll kien serva bħala Direttur Ġenerali tas-Saħħa.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Joseph Church u ta l-kondoljanzi lill-qraba u l-familjari tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli.