Coronavirus Lokali

Vittma oħra tal-Covid-19

Anzjana ta’ 91 sena hi t-32 fatalita’ kaġun tal-pandemija tal-Coronavirus. Skont stqarrija maħruġa kmieni t-Tnejn filgħodu mill-Ministeru tas-Saħħa, ingħad li l-anzjana kienet konfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-10 ta’ Settembru li għadda.

Hi ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-22 ta’ Settembru u mietet matul il-ġurnata tal-Ħadd.

Anki hawnhekk, il-Ministeru tas-Saħħa jgħid li l-vittma kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.