Coronavirus Lokali Saħħa

29 każ ġdid ta’ Covid-19; ifiqu 85

Fl-aħħar sigħat pajjiżna rreġistra 29 każ ġdid ta’ Coronavirus, bil-każijiet attivi niżlu għal 523 wara li 85 fiequ minn dan il-virus.

Sfortunatament tul il-ġurnata tat-Tlieta tħabbret mewta oħra b’kawża tal-Covid, bl-ammont ta’ vittmi f’pajjiżna issa tela’ għal 34. Il-vittma hija mara ta’ 79 sena kienet ittestjat negattiva għall-COVID-19 fis-26 ta’ Settembru, bħala parti mit-testijiet ta’ rutina li qegħdin isiru fid-djar tal-anzjani fejn kienet tgħix.

Hija mietet it-Tnejn 28 ta’ Settembru, u swab test li sar wara mewtha kkonferma li kienet pożittiva għall-Covid-19.  

Pajjiżna sa issa kellu total ta’ 3,244 każ, filwaqt li t-total ta’ persuni li fiequ mill-Covid sa issa huwa ta’ 2,484.