Lokali

AĠĠORNATA: Jitlef ħajtu waqt li kien xogħol fil-Port Ħieles

Raġel ta’ 36 sena, residenti Ħal Safi, tilef ħajtu f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-5pm, fil-Port Ħieles, fil-limiti ta’ Birżebbuġa.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-ħaddiem kien qiegħed jagħmel xi xogħol b’lifter. Dak il-ħin, kontejner waqa’ għall-isfel u spiċċa fuq il-kabina tal-lifter fejn kien hemm ir-raġel.

Fuq il-post issejħu minnufih l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei. Sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett, għadhom għaddejjin