Lokali

Alfred Sant joħodha kontra Robert Abela

Permezz ta’ post fuq Facebook, l-MEP laburista Alfred Sant ħadha kontra l-Prim Ministru Robert Abela wara li qabel dwar ftehim mal-Istati Uniti li għandu jwassal sabiex l-Amerikani jkollhom saħħa ġuridika f’Malta.   

Huwa stqarr li xejn ma jaqbel ma’ ftehim bħal dan u kompla jistqarr li ”għandi soft spot wisq akbar għas-sovranita ta’ Malta indipendenti u ħielsa, u għan-newtralita tagħha”