Coronavirus Lokali Saħħa

Anzjana ta’ 79 sena hija l-34 vittma tal-COVID-19

Għall-ġurnata oħra pajjiżna reġa’ rreġistra aktar imwiet kawża tal-coronavirus.

L-anzjana ta’ 79 sena kienet ittestjat negattiva għall-COVID-19 fis-26 ta’ Settembru, bħala parti mit-testijiet ta’ rutina li qegħdin isiru fid-djar tal-anzjani fejn kienet tgħix.

Hija mietet ilbieraħ, 28 ta’ Settembru, u swab test li sar wara mewtha kkonferma li kienet pożittiva għall-Covid-19.  

Għaldarboħra l-Ministeru tas-saħħa enfasizza li l-anzjana kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.