Sport Sport Ieħor

Christopher Vella jirbaħ il-Carmel Grech Trap

Christopher Vella rebaħ il-Carmel Grech Trap Mini Grand Prix li sar fil-Qormi Shooting Club. Din il-kompetizzjoni kienet organizzata fuq tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni segwita mill-finali.

Flimkien ma’ Vella fuq il-podju kien hemm James Galea Jr. u Christian Schembri li temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Il-programm MSSF Trap ikompli nhar il-Ħadd bil-Brolli Trophy li se ssir fis-Southern Shooting Club.

Kif temmew:

1 Christopher Vella 37/50, 2 James Galea Jr. 36/50, 3 Christian Schembri      26/40, 4 Rennie Deguara 22/35, 5 Nico Sciberras 18/30, 6 George Mifsud   14/25