Internazzjonali

Ċina: Għalliema kundannata għall-mewt wara li vvelenat lit-tfal

Qorti fl-inħawi ta’ Jiaozuo ikkundannat mara – għalliema tat-tfal żgħar – għall-mewt wara li hi ivvelenat madwar 25 tfal tal-iskola, bil-konsegwenza li wieħed minnhom tilef ħajtu.

L-għalliema,Wang Yun, spiċċat arrestata s-sena l-oħra wara li numru ta’ tfal li jattendu l-kindergarten fil-belt ta’ Jiaozuo kienu ttieħdu l-isptar b’urġenza wara li kielu l-kolazzjon.

Il-qorti qalet li l-għalliema kienet tefgħet sustanza (sodium nitrite) fil-koalizzjon tal-istudenti ta’ għalliema oħra bħala tpattija wara li kellha xi tgħid mal-kollega.

L-inċident, fis-27 ta’ Marzu, kien ixxokkja liċ-Ċina u ngħata prominenza anki mill-media barranija.

Il-pulizija kienu bdew minnufih jinvestigaw dan il-każ tal-ivvelenar – bil-qorti, fl-aħħar sigħat, tirreferi għal Wang Yun bħala ‘mara malizzjuża u despikabbli’ ftit qabel il-konferma tal-verdett finali.