Sport Sport Ieħor

Finali mill-isbaħ tal-European Masters tas-Snooker

Mark Selby għeleb lil Martin Gould 9 frames għal 8 sabiex rebaħ l-għaxar ranking tournament konsekuttiv u l-ewwel wieħed fl-istaġun 2020-2021

Selby li fis-semi finali elimina lil Shaun Murphy 6 – 3 filwaqt li Gould elimina lil Judd Trump wkoll 6 – 3 , fil-finali għamel breaks ta’ 130 , 96, 59, 56, 113 u 72 filwaqt li Gould irrisponda bi breaks ta’ 70, 131, 94, 65, 107 u 96

Selby deher riesaq għal rebħa facli meta fetaħ vantaġġ ta’ 4 frames għal xejn. Madankollu reazzjoni immedjata minn Gould li rebaħ l-erba’ frames ta’ wara biex mar 4 – 4 . Minn dak il-ħin fil-finali l-frames bdew jintrebħu wieħed fuq kull naħa sal punteġġ ta’ 8 – 8

Fl-aħħar frame, break ta’ 72 minn Mark Selby kien biżżejjed biex jirbaħ it-18 ir-ranking tournament tal-karriera apparti it-80,000 lira Sterlina mill-fond ta’ premjijiet fil-European Masters.