Lokali

“Flimkien, iva, nistgħu nirnexxu” – Bernard Grech

“Bil-ħila tiegħi kollha se nkun qed naħdem biex insaħħaħ il-pedamenti tal-Partit Nazzjonalista, inġedduh u flimkien noħolqu djalogu ma’ kulħadd.

Hekk saħaq l-Avukat Bernard Grech waqt intervista li saritlu fuq Net FM.

Waħda mill-affarijiet li insista fuqhom l-Avukat Benard Grech kienet l-għaqda. Din hija l-pedament li fuqu l-Partit jista’ jiġġedded, jingħaqad u jisaħħaħ.

Bernard Grech qal li minn din il-kampanja ta’ fit ġimgħat se jgħożż l-esperjenza li jitaqa’ man-nies u jisma’ l-weġgħat u x-xewqat tagħhom. Fost oħrajn nies li jixtiequ jerġgħu jaraw lill-Partit ikun it-tarka tagħhom.

Huwa qal li jinsab determinat li l-attakki li qed isirlu mill-media tal-Partit Laburista qed idawwarhom f’aktar determinazzjoni biex naħdem ħalli l-PN ikun Gvern alternattiv.

Jekk ikun elett Kap tal-PN, l-ewwel priorità tiegħu se tkun il-budget tal-pajjiż. Prijorità oħra hi fir-rigward tal-COVID. Bernard Grech qal li l-PN se jkun qed jagħti apogg lill-awtorijatjiet tas-saħħa sabiex flimkien nerbħu din it-tieni mewġa tal-COVID. Din il pandemija tista’ tħalli efett serju fuq l ekomomoka ta’ pajjizna, għalhekk il-PN se jkompli jressaq il-proposti tiegħu f’dan ir-rigwaard.

Bernard Grech qal huwa importanti li f’pajjiżna jkun hemm bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp. Lill-generazzjonijiet li ġejjin warajna irridu nhallulhom ambjent san u sugur fejn jgħixu.    In-nisa għandhom irwo importanti fis-soċjeta tagħhna għalhekk Huwa qal li rridu nkomplu naħdmu sabiex inneħħu dawk l-ostakli kollha li jistgħu jfixklu lin-nisa fil-ħidma tagħhom. “Irridu nibnu iktar pontijiet biex il-mara tkun tista’ tavvanza u tirnexxi aktar”, qal Bernard Grech.