Lokali

“Għaqda li trid tinbena fuq il-lealtà” – Adrian Delia

“Biex ikollna l-għaqda irid ikollna lealtà lejn xulxin, għalhekk huwa importanti li l-Partit Nazzjonasita jerġa’ jkun partit magħqud”

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt li kien qed jiġi intervista fuq Net FM.

Huwa saħaq li kulħadd għandu dritt li jivvota, għalhekk kien sodisfatt imment li fl-ewwel jiem tal-votazzjoni ħarġu nofs it-tesserati tal-Partit Nazzjonalsita. Dan kollu juri li t-tesserati jridu jipparteċipaw fil-Partit.

Adrian Delia qal li huwa imporanti li fil-Partit Nazzjonalsita jkunu introdotti uċuh ġodda b’attitudni ġdida li turi li dawn qegħdin hemm biex iservu u jagħtu widen lill-karba tan-nies.

Il-Kap tal-PN saħaq li huwa importanti li jkun hemm kontinwita fuq dak li bena f’dawn l-aħħar tliet snin fejn assigura li jkun kap totalment miftuħ u jisma dak li jgħidulu n-nies.  

Filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalsita, Adrian Delia qali li jekk ikun elett mill-ġdid Kap assigura li se jkompli jsaħħaħ il-finanzi u l-media tal-partit

Huwa qal li Oppożizzjoni b’saħħitha għandha tkompli jkollha proposti f’diversi oqsma li jaffettwaw lis-socjeta kollha. Dan filwaqt li jkollu l-abbiltà li jibqa’ qrib in nies u jtejbilhom ħajjithom. Filfatt waqt il-perjodu tal-COVID, il-PN kien proattiv u ppreżenta l-prospoti tiegħu.

Matul dawn l-aħħar tliet snin l-Oppożizzjoni Nazzjonalista waslet l-ideat u l-prosposti tagħha fejn fost l-oħrajn kienet strumentali fid-dikjarazzjoni tal-emerġenza tal-klima u tibdil kostituzzjonali.

Adrian Delia qal li dak li wiegħed tliet snin ilu wettqu u jekk jerġa’ jkun konfermat Kap tal-PN iwiegħed li se jkompli jaħdem għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin.