Futbol Sport

Ħamrun Spartans iħabbru l-akkwist ta’ Matthew Guillaumier

Permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali, Ħamrun Spartans ħabbru l-akkwist tal-midfielder internazzjonali Malti Matthew Guillaumier li ssieħeb magħhom mingħand Birkirkara għal somma li hi meqjusa bħala rekord għall-futbol lokali.

#GulliIsHere

🥁 Ladies and gentlemen, enjoy the show. Introducing Matthew Guillaumier…🎥 Gabriel Cassar

Gepostet von Hamrun Spartans Football Club am Dienstag, 29. September 2020

Guillaumier se jkun qiegħed jilbes in-numru 5 mat-tim ta’ Ħamrun wara li lbieraħ intlaħaq ftehim bejn il-partijiet kollha għat-trasferiment ta’ dan il-plejer. Aktar kmieni Birkikara fi stqarrija fuq il-midja soċjali qalu li kien intlaħaq ftehim biex dan it-trasferiment iseħħ wara li rċievew somma li l-klabb ma setgħax jirrifjuta.