Lokali Qorti

“Il-Koħħu” jgħid li hemm persuni prominenti oħra involuti fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Individwi prominenti li għad iridu jissemmew pubblikament kienu involuti fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u reati oħra, skond Vince Muscat – “Il-Koħħu” wieħed mis-suspettati fl-assassinju tal-ġurnalista.

F’rikors ippreżentat fil-Qorti mill-avukat tiegħu Marc Sant, Vince Muscat, magħruf bħala “Il-Koħħu”, qed jakkuża lill-Pulizija li ttardjat bla bżonn biex tfassal rapport dwar it-talba tiegħu għal maħfra presidenzjali biex huwa jineħeles bi skambju għal informazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista, kif ukoll reati oħra li huwa jgħid li għandu għarfien minn dwarhom.

Is-suspettat tal-qtil jgħid fl-applikazzjoni li huwa ċar li l-Ispettur Keith Arnaud u l-investigatur Kurt Zahra qed jilagħbu għaż-żmien fl-interessi ta’ “terzi persuni prominenti”, li wħud minnhom huma politiċi involuti fir-reati.

Fl-applikazzjoni ma ngħatat l-ebda informazzjoni jew evidenza oħra dwar l-individwi jew il-politiċi “prominenti”. Fit-talba tiegħu Vince Muscat qed jitlob lill-kabinett kollu mill-2017 sal-lum, inkluż l-ex-Prim Ministru Joseph Muscat u dak li kien id il-lemin tiegħu Keith Schembri, biex jixhed dwar it-talba tiegħu għall-maħfra presidenzjali.

Vince Muscat semma’ kif hu l-ewwel għamel talba informali għal maħfra permezz tal-investigatur Keith Arnaud. Dik it-talba semmiet l-involviment ta’ Melvin Theuma, ġiet miċħuda minn Joseph Muscat fuq il-parir tal-Pulizija.

Reġistrazzjonijiet sigrieti bejn Theuma u l-moħħ suspettat Yorgen Fenech li nstemgħu fil-qorti żvelaw kif dawn żvelaw informazzjoni dwar it-talba għall-maħfra f’April tal-2018 ta’ Vince Muscat li ġiet miċħuda mill-Prim Ministru.

Talba formali għal maħfra saret ftit wara li Theuma u Fenech ġew arrestati mill-Pulizija b’rabta mal-qtil f’Novembru 2019. Minn dakinhar, Vince Muscat għamel ħames sessjonijiet mal-pulizija bejn Jannar u Frar, fejn ta nformazzjoni ta’ dak kollu li jaf dwar diversi reati.

Dawn is-sessjonijiet kollha ġew irreġistrati fuq disa’ CDs. Minn meta saru dawn is-sessjonijiet, Muscat qal li l-Pulizija ħarġu b’kull skuża possibbli, minn COVID-19 għal laqgħat pendenti mal-Avukat Ġenerali, sabiex ma jiffinalizzawx ir-rapport dwar it-talba għall-maħfra tiegħu.

“Il-Koħħu” jsostni li l-unika raġuni għal dan id-“dewmien esaġerat” hija li hemm interessi moħbija biex jipproteġu ċerti individwi prominenti li għad iridu jissemmew b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia kif ukoll b’rabta ma’ reati oħra.

Is-suspettat tal-qtil jargumenta wkoll li proċess pendenti dwar l-allegat involviment tiegħu fl-hold-up li kien falla fuq iċ-Ċentru tal-HSBC (Ċentru Ruzar Briffa) fl-2010 fiċ-Ċentru HSBC għandu jiġi pospost sakemm tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tal-maħfra tiegħu.

Fost il-lista tax-xhieda fir-rikors hemm George u Alfred Degiorgio, li huma wkoll akkużati li wettqu l-komplott tal-bomba, kif ukoll Theuma u Fenech. Rappreżentanti mill-Uffiċċju Federali tal-Investigazzjoni (FBI), l-uffiċċju tal-avukat ġenerali, il-Pulizija u l-Avukati għall-familja ta’ Caruana Galizia ssemmew ukoll bħala xhieda fl-applikazzjoni tal-Qorti.