Lokali

IL-KONTROVERSJA TAS-SINNA: Abela jfarfar fuq Herrera

Storja li spiċċat fil-faċċati tal-ġurnali Ingliżi

Il-Gvern Malti jidħol f’kontroversja oħra. Din id-darba fuq sinna ta’ shark!

U għal darb oħra pajjiżna reġa’ spiċċa fl-media internazzjoni, tort tal-Ministri Laburisti.

Fil-fatt, kien il-Ministru Jose Herrera li talab sabiex sinna presistorika ta’ shark li kienet instabet f’pajjiżna tingħata lura lill-poplu Malti. Dan wara li din is-sinna, fl-ahhar jiem, ngħatat bħala rigal lill-Prinċep George

Din is-sinna kienet instabet minn Sir David Attenborough waqt btala f’pajjiżna fis-snin Sittin. Huwa maħsub li din is-sinna tmur lura madwar  23 miljun sena.

Il-Ministru Herrera qed jgħid li din is-sinna għandha tkun irritornata lejn Malta sabiex tkun esebita f’mużew lokali. Għalhekk qal li se jagħmel minn kollox biex din is-sinna tingieb lura f’pajjiżna.

Meta mistoqsi dwar din il-kontroversja li ddominat il-faccati tal-gurnali Inglizi, il-Prim Ministru Robert Abela iddecieda li jfarfar fuq il-Ministru tal-Kultura.

Abela qed jghid li din kienet kontroversja li stajna ngħaddu mingħajrha, ghalkemm naqas milli jghidilna jekk ma jaqbilx mal-pozizzjoni li ha l-Ministru Herrera.