Lokali

Il-lukanda Radisson se tagħlaq il-bibien tagħha

Il-lukanda Radisson ta’ San Ġiljan se tagħlaq il-bibien tagħha b’mod temporanju min-nhar il-Ħamis li ġej.

Il-lukanda qalet li s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19 ma kinitx waħda faċli għalhekk iddeċidiet li tieħu dan il-pass.

It-tmexxija tal-lukanda qalet li f’dan iż-żmien meta se tkun magħluqa se ttejjeb il-faċilitajiet tagħha u tkompli taħdem favur ambjent sigur għall-ħaddiema u l-viżitaturi.

Il-lukanda qalet li qed tippjana li terġa’ tiftaħ il-bibien għall-ikliet matul il-festi tal-Milied.