It-Tnejn madwar 10,000 edukatur irritornaw fuq il-post tax-xogħol tagħhom hekk kif mill-ġimgħa d-dieħla l-bibien tal-iskejjel se jinfeħtu wkoll għall-istudenti. Sal-14 ta’ Ottubur se jkunu daħlu lura l-istudenti kollha.
Skont il-Ministru Owen Bonnici, saru risk assessements f’107 skejjel statali fejn ġew implimentati 50 miżura sabiex jitnaqqas it-tixird tal-coronavirus.
F’kummenti lil Net News, il-Ministru Owen Bonnici tenna l-appell tiegħu lill-ġenituri sabiex jagħmlu l-parti tagħhom u jaħdmu id f’id mal-edukaturi. Appella wkoll lill-ghalliema biex jekk jaraw xi nuqqasijiet, jinfurmaw lill-Ministeru tal-Edukazzjoni.
//= $special ?>