Lokali

Illejla d-dibattitu bejn iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-PN

Illejla fit-8:20pm fuq Net Television ser jixxandar dibattitu bejn iż-żewġ kandidati għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia u Bernard Grech.

Dan id-dibattitu se jitmexxa mill-Assistent Editur ta’ Times of Malta Matthew Xuereb.

Dawk li se jsegwu dan il-program se jkunu jistgħu jaraw ukoll żewġ servizz maħduma mit-team tal-kampanja tal-kandidati dwar l-ħajja ta’ Adrian Delia u Bernard Grech kif ukoll il-proposti tagħhom għall-futur tal-Partit Nazzjonalista.