Sport Sport Ieħor

Jitellgħu il-poloz tal-finali tat-Tazza l-Kbira

Ilbieraħ wara nofsinhar ittellgħu l-poloz tal-finali tat-Tazza l-Kbira li ser issir nhar il-Ħadd 11 ta’ Ottubru. Il-poloz ittellgħu miċ-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg u l-Executive PR u Marketing Manager tal-BOV Charles Azzopardi.

Normalment din il-kompetizzjoni ssir fl-ewwel parti tal-istaġun iżda minħabba l-pandemija tal-coronavirus ġiet posposta. Minkejja l-pandemija l-interess kien wieħed kbira fejn ħadu sehem numru rekord ta’ żwiemel fl-ogħla ktargorija.

Iż-żwiemel se jitilqu b’dawn in-numri

1. Andante, 2. Glenn Boko, 3. Paparazzi, 4. Big Match, 5. Vanderlov, 6. R.G.’S Thunderbolt, 7. Vasco De Viette, 8. Alf De Melandre, 9. Vichenko Chef, 10. Vivaldi du Vivrot, 11. Xceed G.T., 12. Output Pressure