Lokali

“L-edukaturi mhux se jiġu msakkra fl-iskejjel” – MUT

L-MUT qed tirċievi rapporti minn numru ta’ edukaturi li qed jiġu infurmati li ladarba jidħlu l-iskola ma jistgħux jitilqu mill-post lanqas waqt il-ħin tal-break. L-iskuża li qed jingħataw hija minħabba l-‘contact tracing’.

L-MUT dejjem irreżistiet il-mentalità ta’ xi amministraturi tal-iskola li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi u jużaw sitwazzjonijiet bħal pandemija biex jikkontrollaw lill-għalliema

L-MUT tistenna li d-direzzjonijiet maħruġa jiġu rtirati b’effett immedjat u qabel ma tidderieġi l-membri.