Futbol Sport

Mangia jsejjaħ skwadra ta’ 28 plejer

(Ritratt: Domenic Aquilina/MFA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia sejjaħ skwadra ta’ 28 plejer għall-partita ta’ ħbiberija konrta Ġibiltà fis-7 ta’ Ottubru u ż-żewġ partiti tal-UEFA Nations League kontra Andorra fl-10 ta’ Ottubru u l-Latvja fit-13 ta’ Ottubru bil-partiti kollha se jintlagħbu bil-bibien magħluqa.

Mangia għażel li jżomm il-maġġoranza tal-plejers li kienu nklużi fl-iskwadra fl-aħħar partiti mill-UEFA Nations League aktar kmieni dan ix-xahar. Il-kowċ Taljan sejjaħ għall-ewwel darba lil Joseph Muscatt li jilgħab ma’ SC Paderborn fil-Ġermanja u lil Samir Arab li jilgħab ma’ Balzan

L-iskwadra msejjħa:

Gowlkipers
Henry Bonello (Valletta); Matthew Calleja Cremona (Hibernians); Jake Galea (Sliema Wanderers).

Difensuri
Andrei Agius (Hibernians); Steve Borg (Gżira United); Triston Caruana (Valletta); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Zach Muscat (Casa Pia AC – Portugall); Enrico Pepe (Birkirkara); Kurt Shaw (Sliema Wanderers).

MIDFIELDERS
Samir Arab (Balzan); Cain Attard (Birkirkara); Myles Beerman (Sliema Wanderers); Ryan Camenzuli (Floriana); Matthew Guillaumier (Birkirkara); Bjorn Kristensen (Hibernians); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Rowen Muscat (Valletta); Joseph Muscatt (SC Paderborn – Ġermanja); Steven Pisani (Balzan); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belġju).

Attakkanti
Jurgen Degabriele (Hibernians); Shaun Dimech (Valletta); Luke Gambin (Colchester United – Ingilterra); Jake Grech (Hibernians); Paul Mbong (Birkirkara); Luke Montebello (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta).