Lokali Qorti

Psikjatra se jixhed fuq l-kundizzjonijiet ta’ raġel akkużat bi stupru fuq minorenni

Il-Qorti fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

Espert psikjatriku li tratta raġel li qed jistenna proċess fuq stupru ta’ tfajla ta’ 15-il sena, se jixhed dwar it-talbiet tal-akkużat li jkun ħareġ minn fommu dikjarazzjonijiet u stqarrijiet mogħtija minnu lill-Pulizija waqt li kien milqut minn diversi kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali

Robert Rodenas ta’ 49 sena mis-Swieqi kien ġie mixli li stupra lit-tfajla fl-2017. Dak iż-żmien it-tifla kienet taħt il-kustodja tiegħu. F’rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Kriminali f’Awwissu,

Rodenas sostna li qed isofri minn numru ta’ kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali, inklużi dipressjoni u ansjetà u talab li jinħatar espert tal-Qorti biex jeżamina l-istat mentali tiegħu, kemm bħalissa kif ukoll fiż-żmien li huwa għamel ċerti dikjarazzjonijiet lill-Pulizija.

Id-dikjarazzjonijiet kienu saru f’ċirkostanzi li żiedu l-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali tiegħu u kienu saru wara li allegatament kien irrinunzja d-dritt tiegħu għall-assistenza legali. Rodenas jikkontesta din l-aħħar affermazzjoni, u qal li huwa qatt ma għamel dan.

Il-kodiċi kriminali ġie promulgat fl-1854 u ċertament mhux dejjem jikkontempla mal-iżviluppi u r-realtajiet tal-llum, partikolarment fejn huma involuti s-saħħa mentali u kundizzjonijiet oħra li l-akkużat huwa milqut minnhom, li mhux dejjem joħolqu dimenzja, iżda xorta jħallu effett fuq il-proċess ġudizzjarju.

L-avukat tiegħu talab lill-Qorti biex taħtar espert psikjatriku biex jistabbilixxi l-istat psikjatriku tar-raġel fil-ħin meta kien qed jagħti d-dikjarazzjonijiet tiegħu. L-Avukat Ġenerali kien oġġezzjona għat-talba, u argumenta li l-ebda espert mediku ma jkun jista’ jistabbilixxi l-kundizzjoni psikjatrika ta’ persuna tliet snin wara l-fatt.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera nnutat li l-akkużat kien sostna li żewġ reġistrazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet kollha tiegħu kienu inammissibbli peress li ttieħdu qabel ma kkonsulta ma’ avukat u mingħajr ma kien hemm avukat preżenti waqt l-interrogazzjoni tiegħu.

Skond l-akkużat, meta wieħed iqis l-istat mentali tiegħu wara x-xokk li jħa meta ġie arrestat flimkien mad-depressjoni klinika, l-ansjetà u d-disturb ossessiv-kompulsiv tiegħu, ħadd ma fakkru li kellu d-dritt li jikkonsulta ma’ avukat u li jkun assistit.

Dan kollu jfisser li hemm xkiel għal smigħ ġust, huwa sostna, u talab li l-istqarrijiet u r-recordings jintneħħew mill-atti tal-każ. L-imħallef osservat li jkun iktar għaqli li tisma’ l-psikjatra attwali tar-raġel, qabel ma tiddeċiedi dwar il-ħtieġa li jinħatar espert psikjatriku ieħor. Hija rriżervat ukoll id-dritt li tagħmel iktar dikjarazzjonijiet dwar din it-talba fi stadju aktar tard tal-proċeduri.