Lokali Qorti

Sitt xhur ħabs wara li pprova juża passaport falz biex jivvjaġġa

Dosso Youssouf ta’ 32 sena mill-Kosta tal-Avorju, li joqgħod l-Italja ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li nhar it-Tnejn li għada spiċċa arrestat fl-ajruport fi triqtu lejn Ruma. Dan wara li uffiċjali tal-immigrazzjoni nnutaw li l-passaport tiegħu kien falz.

Youssouf tressaq quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace mill-Ispettur Christian Abela, li akkużah b’pussess ta’ passaport iffalsifikat, li xjentament għamel użu minn dokument iffalsifikat u li ffalsifika jew biddel passaport.

L-akkużat ammetta mill-ewwel l-akkużi miġjubin kontrih. L-avukat tiegħu, Joe Brincat, argumenta li l-klijent tiegħu ħaqqu sentenza minima. Il-Qorti kif għamlet fi kważi kull każ simili kkundannat lill-ħati għal sentenza ta’ sitt xhur ħabs .