L-akkwist il-ġdid ta’ Liverpool Thiago Alcantara rriżulta pożittiv għall-coronavirus wara li fl-aħħar rawnd ta’ testijiet li saru mill-Premier League nstabu 10 każijiet pożittivi.
Alcantara ddebutta ma’ Liverpool fil-partita kontra Chelsea iżda kien nieqes għall-partita ta’ lbieraħ kontra Arsenal. Fi stqarrija, Liverpool qalu li l-plejer kellu sintomi ħfief iżda f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba filwaqt li kien iżolat.
//= $special ?>