Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Mewta oħra kawża tal-virus f’Malta

Il-pandemija f’pajjiżna ħalliet fatalità oħra – raġel ta’ 85 sena, sabiex l-ammont ta’ vittmi issa jammontaw għal 35.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-27 ta’ Settembru u ddaħħal l-isptar St. Thomas fit-28 ta’ Settembru, sussegwentament tilef ħajtu aktar kmieni tul il-jum tal-Erbgħa.

Din hi l-20 mewta fi 13-il jum kawża tal-pandemija f’Malta.

Tags