Ħamrun…………………..3
Senglea……………0
Ħamrun: J. Debono, D. Gojkovic, J. Mbong , J. Soares (F. Sasere 71), I. Adeshina (N. Micallef 86), S. Valero, P. Dordevic, K. Micallef, M. Barbosa, E. Marcelina , D. Borg (K. Higgins 86)
Senglea: D. Bugeja, N. Terzin, Z. Cassar, K. Atkinson (D. Xuereb 68), I. Misan, U. Parezanin, R. Martin (L. Brincat 80), J. Tanti, C. Riascos Luis, A. Scicluna, J. Dibola Diwoto
Referee: S. Petrovic
Assistenti Referees: C. Francalanza, M. Ciantar
Rebħa oħra għal Ħamrun wara li għelbu faċilment lil Senglea 3-0. Din fissret it-tielet rebħa konsekuttiva għal Ħamrun, li tpoġġihom fil-quċċata tal-klassifika, u l-unika tim li jinsab b’punti massimi. Senglea għadhom mingħajr rebħa f’dan il-kampjonat, l-unika punt jasal fi draw kontra Żejtun.
Ħamrun ngħataw penalty fil-25 minuta, wara li l-gowlkiper ta’ Senglea waqqa lil Ige Adeshina fil-kaxxa. Predrag DJORDJEVIC inkariga ruħu, li mill-11-il metru ma falliex. Huma komplew ikabbru l-vantaġġ permezz ta’ gowl minn Ige ADESHINA.
Fil-50 minuta, Ħamrun kellhom ċans ikabbru d-distakk wara li ġirja minn nofs il-grawd ta’ Marcelo ra l-komkluzzjoni tiegħu ġiet milqugħa mill-gowlkiper.
It-tielet gowl tal-partita wasal fil-81 minuta minn corner għal Ħamrun, b’Sasere niżżel bir-ras lil Elkin SERRANO li f’pożizzjoni komda ma falliex.
//= $special ?>