Sport Sport Ieħor

Jiġi fi tmiemu t-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru, l-Island Car Club organizza t-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb. 55 kompetitur ikkompetew f’diversi gruppi u klassijiet b’varjetà ta’ karozzi minn ta’ qabel il-gwerra, karozzi tat-triq u karozzi mibnija speċifikament għall-isport.

Il-klassi ta’ qabel il-gwerra ntrebħet minn Ian Lawson fuq Riley. Aaron Refalo, Chris Tabone u Matthias Vella rebħu l-klassijiet għal-karozzi tat-triq 3, 4 u 5 rispettivament. Michael Pace u Jonathan Grech rebħu l-klassijiet tal-karozzi klassiċi modifikat u oriġinali.

Stephen Micallef rebaħ Grupp 1 klassi 4. Etienne Grech u Chris Aquilina rebħu Grupp 2 klassijiet 3 u 5. Charles Cutajar, Roswell Bugeja u David Galea rebħu Grupp 3 Klassi 1, 2, u 3. Joseph Cutajar rebaħ Grupp 4 klassi 3. Mauro Portelli u Kenneth Camilleri rebħu Grupp 6 Klassi 1 u 2. Ivan Paul Deidun rebaħ Grupp 5 Klassi 4 u kien it-3 l-iktar sewwieq veloċi, Darren Camilleri rebaħ Grupp 6 Klassi 4 u it-tieni l-iktar sewwieq veloċi tal-ġurnata. Keith Camilleri rebaħ Grupp 5 Klassi 3 u spiċċa l-iktar sewwieqa veloċi tal-ġurnata.

Dan huwa t-tieni rawnd li Keith Camilleri rebaħ f’dan il-kampjonat u b’hekk jinsab fil-quċċata tal-klassifika. Ir-rawnd li jmiss, it-3 Rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb huwa mistenni li jsir nhar il-Ħadd 11 ta’ Ottubru fil-Ġnejna limiti ta’ l-Imġarr. Sfortunatament, għal darb’oħra dan ir-rawnd ser jsir mingħajr spettaturi minħabba l-miżuri tal-Covid-19.