Lokali Qorti

Joseph Muscat kien jmur f’lukandi lussużi mħallsa minn Henley and Partners

Christian Kalin, Kap Eżekuttiv ta’ Henley and Partners kien approva ħlas biex Joseph Muscat joqgħod f’lukandi lussużi meta jsiefer. Mhux biss imma Kalin li jmexxi l-kumpanija li għandha f’idejha l-iskema tal-passaporti kien ukoll jaqdi sew lil Keith Schembri billi meta dan imur Londra kien joffrielu s-servizz ta’ karozza.

Minn noti li ppreżenta Matthew Caruana Galizia, iben Daphne Caruana Galizia, liema noti kienu ta’ ommu ħareġ kif il-manipulazzjoni minn naħa tal-Gvern u kumpaniji mqabbda kienu tal-biża.

Ħareġ ukoll li l-Bank Pilatus kien ried lill-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech kien intalab biex jagħmel parti mill-Bord tad-Diretturi tal-istess bank li spiċċa skreditat u dan fuq rakkomandazzjoni ta’ Keith Schembri.

Tonio Fenech irrifjuta dan kollu u minn noti li kien qed jippreżenta x-xhud ħareġ li l-parir kien li Ali Sadir jinvolvi lil Fenech biex b’hekk tkun diffiċli għall-Oppożizzjoni biex din tagħmel l-iskrutinju li hemm bżonn fuq il-bank.

Matthew Caruana Galizia qal ukoll li f’email minnhom Christian Kalin kien staqsa lil Jonathan Cardona, li jmexxi l-programm dwar iċ-ċittadinanza u investiment għaliex ċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC) huwa membru tal-Oppożizzjoni.  

Matthew Caruana Galizia ippreżenta nformazzjoni u scans u print outs li kienu ta’ ommu fuq diversi sorsi. Dawn kienu jinkludu wkoll logs of telefonati.   Huwa ppreżentawkoll  notamenti u scans li għamlet Daphne Caruana Galizia wara li ltaqgħet mas-sorsi tagħha.

Qal li dam ftit biex jippreżenta dawn id-dokumenti għax ried idur l-arkivji ta’ ommu. Kien hemm anke diverso numri ta’ diversi persuni fosthom ta’ Yorgen Fenech u li ommu kienet talbitu wkoll jgħinha biex tidentifika numri oħrajn.

Dawn in-notamenti Caruana Galizia kienet ħadithom fir-rebbiegħa tal-2017, qabel l-elezzjoni ġenerali.  Dawn juru wkoll li kien hemm komunikazzjoni bejn Keith Schembri u Yorgen Fenech. Hemm noti fuq it-tul ta’ dawn it-telefonati  li huma nklużi fid-dokumenti.

Dwar it-talba li kienet saret minn Pilatus Bank biex Tonio Fenech jagħmel parti mill-Bord tad-Diretturi, x-xhud qal li kien tkellem ukoll miegħu u Fenech, wara l-qtil u spjegalu kif seħħew l-affarijiet.   

Fil-Qorti x-xhud qara wkoll email li l-Bank Pilatus bagħat lill-eks Ministru Tonio Fenech fejn il-bank wera x-xewqa li Fenech jiltaqa’ ma’ sid il-Bank Pilatus Ali Sadr wiċċ imb wiċċ.

Matthew Caruana Galizia qal fil0-Qorti: “ommi kienet qed tinvestiga telefonati b’mod attiv. Huma madwar l-istess ħin li kienet irrappurtat dwar il-safe tal-kċina fil-Bank Pilatus. Kien hemm mewġa ta ‘korrispondenza f’dak iż-żmien.

” Serje ta ’emails li ġew leaked lil Daphne Caruana Galizia fir-rebbiegħa tal-2017 li żvelaw kif il-konċessjonarji tal-passaporti Henley & Partners kienu qed jiddiskutu b’mod attiv kawżi kontra tagħha ma’ uffiċjali tal-Gvern, qal binha Matthew Caruana Galizia.

Matthew Caruana Galizia ppreżenta emails li kollha koprew il-perjodu tar-rebbiegħa 2017, xhur qabel l-elezzjoni ġenerali li saret f’Ġunju ta’ dik is-sena.

Fl-emails kien hemm skambji li kienu jinvolvu l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-id il-leminija tiegħu Keith Schembri, l-eks Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, l-eks Kap Eżekuttiv tal-Programm ta’ Investiment Individwali Jonathan Cardona u l-ogħla uffiċjali ta’ Henley & Partners, li kienu joperaw bħala l-uniku kumpanija ta’ l-iskema IIP.

Emails li żvelaw li l-iskop ewlieni li jagħlqu ħalq Daphne u Jason Azzopardi

Fl-emails, dawn dehru ħerqana li jżommu lil Daphne Caruana Galizia u lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi – li jservi wkoll bħala l-avukat tal-familja ta’ Caruana Galizia – u dan bl-iskop ewliewni li jagħlqulhom ħalqhom.

Din ma saritx darba imma fuq perjodu twil bl-iskop ukoll li jintimidaw kemm lill vittma kif ukoll lid-Deputat tal-Oppożizzjoni. Sadaniitant kien hemm email ukoll dwar kif kien Christian Kalin jifraħ lil Joseph Miuscat fuq diskors tiegħu fil-kampanja elettorali.

Fil-fatt f’emails oħrajn isemmu kif kienu qed jippjanaw li jieħdu azzjoni legali kontra Daphne Caruana Galizia u Jason Azzopardi. Matthew Caruana Galizia qal li ra dettalji ta’ kumpaniji oħra barra minn Malta li ħadet ħsieb twaqqafhom Nexia BT.

Semma kumpanija li jemmen li hi tal-familja Mizzi minn Ħaż-Żabbar, imma dawn ma kinux klijenti ta’ Nexia BT. Semma wkoll li xi notamenti ommu ħadithom waqt laqgħa li kellha ma’ sors fir-rebbiegħa tal-2017.

Huwa qal li kien preżenti wkoll għal din il-laqgħa. Daphne Caruana Galizia kienet ħadet noti wkoll fuq kif il-Gvern qal lil Henley & Partners biex tieħu azzjoni kontra Daphne Caruana Galizia fir-Renju Unit.

Ġew ukoll ippreżentati noti huma dwar l-emails bejn Joseph Muscat, Keith Schembri, Owen Bonnici, Jonathan Cardona u sieħeb fil-kumpanija Henley and Partners.

Fl-aħħar seduta, il-Ministru Owen Bonnici kien ġie mistoqsi fuq dawn l-emails fejn huwa qal li ma pparteċipax fihom. Matthew Caruana Galizia jgħid li ra dawn l-emails waqt il-laqgħa li attenda m’ommu ma’ sors tagħha u ommu ħadet dawn in-noti waqt din il-laqgħa.

Ix-xhud kompla jaqra diversi emals fejn email minnhom tgħid li kienu qed ifittxu nies fir-Renju Unit lesti jgħidu li minħabba kummenti negattivi fuq il-kumpanija, fejn in-negozju tagħhom kellu t-telf.

Email ieħor, indirizzat lil Joseph Muscat u Keith Schembri jgħid, “Do you agree with the call for action” It-tweġiba ta’ Schembri hija, “Good job Chris.”  Email mingħand Christian Kalin minn Henley and Partners jgħid kif irnexxielhom jieħdu passi legali kontra l-midja f’Malta.

Email oħra mingħand Christian Kalin minn Henley and Partners tgħid kif irnexxielhom jieħdu passi legali kontra l-midja f’Malta u li kienet tgħid”We need a jurisdiction in the UK” . Din l-email kienet ta’ Christian Kalin mgħoddija lil Joseph Muscat, Keith Schembri, Owen Bonnici u Jonathan Cardona.

Min-noti ta’ Daphne fl-4 ta’ Marzu kien hemm ukoll sentenza li kienet tgħid “Is this the best time to pursue this libel case?” Kalin kiteb ukoll  email ukoll jitlob laqgħa mal-Kap Eżekuttiv tal-BOV peress li H&P ma kinux iltaqgħu mal-Kap il-ġdid, u kellhom xi problemi mal-bank.