Manchester City u Manchester United għaddew għal fażi tal-kwartifinali tal-Carabao Cup, wara li għelbu lil Burnley u lil Brighton rispettivament.
Manchester City ħadu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Burnley. Raheem STERLING fetaħ l-iskor fil-35 minuta, u rdoppja l-vantaġġ fid-49minuta. Ferran TORRES għalaq il-partita wara s-siegħa logħob.
Manchester United għelbu lil Brighton ukoll 3-0. Scott MCTOMINAY skorja l-ewwel gowl ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Juan MATA għamilhom tnejn fit-73 minuta, u ftit minuti wara, Paul POGBA kkonferma post lit-tim tiegħu fil-fażi li jmiss.
Fil-partiti l-oħra tal-ġurnata, Everton umiljaw lil West Ham 4-1 filwaqt li Newscastle rebħu bil-penalties kontra Newport County. Dominic CALVERT-LEWIN fetaħ l-iskor għal Everton wara 11-il minuta. West Ham ġabu l-gowl tad-draw wara l-mistrieħ permezz ta’ Robert SNODGRASS. Everton reġaw marru fil-vantaġġ minn konkluzzjoni ta’ RICHARLISON, u żiedu żewġ gowls oħra ta’ CALVERT-LEWIN biex għaqqad il-hatrick.
ABRAHAMS skorja għal Newport County, b’SHELVEY jġib il-logħba f’parita. Il-partita marret għal penalties, b’Newcastle ħarġu rebbieħa 4-5.
//= $special ?>