Coronavirus Lokali Saħħa

Restrizzjonijiet ġodda; minn għada ma tistax tkun fi grupp ta’ aktar minn 10 persuni

Minn għada, il-Ħamis l-1 ta’ Ottubru, ma tistax tkun fi grupp ta’ aktar minn 10 persuni fi spazji pubbliċi, hekk kif dan l-ammont ser ikun qed jonqos minn 15.

Dawn ir-restrizzjonijiet ġodda tħabbru mill-Awtoritajiet tas-Saħħa wara li fl-aħħar ġimgħatejn l-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna ammontaw għal 609.

Dan ifisser li fi spazji pubbliċi madwar il-Gżejjer Maltin, gruppi ta’ aktar minn 10 persuni huma pprojbiti inklużi fuq bus stops u kjus – la darba ma tinżammx id-distanza soċjali bejniethom, madanakollu din il-miżura mhux ser tkun qed tapplika għal persuni li jgħixu fl-istess residenza.